Proprju issa l-Malta Police Union għadha kif ħarġet appell urġenti fuq il-midja soċjali fejn qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jagħti d-demm b'sapport lill-uffiċjali tal-pulizija li sfaw feruti llum fl-isparatura li seħħet f'San Ġiljan.
Dan hekk kif rapporti li ħarġu fuq il-midja indikaw li minn tal-inqas żewġ uffiċjali tal-pulizija ġew f'din is-sitwazzjoni, b'wieħed minnhom sfortunatament jinsab f'qagħda kritika u bħalissa qiegħed jiġġieled għal ħajtu.
Il-Malta Police Union semmiet fl-istqarrija tagħha li hemm bżonn urġenti b'mod partikolari għad-demm tat-tip O negattiv.
Facebook / Talk u ChatGPT