Moira Delia Ssaqsi Għar-Raġuni Wara Din It-Tabella F'San Ġiljan

Faċċata ta' dak li hu magħruf bħala l-Pont tal-Banis għadha kif twaħħlet tabella li qalet diskussjoni kbira fil-grupp Save St. Julians. Il-preżentatriċi Moira Delia, li ħafna jafuha għall-imħabba kbira tagħha lejn l-annimali tistaqsi għar-raġuni bis-sens.

Hi tgħid li diġà f'pajjiżna limitati ferm għal bajjiet fejn wieħed jista' jmur bil-klieb. Infatti tistaqsi għala din ir-ristrizzjoni qed tkompli tiżdid! Ħafna nies f'dan il-grupp qablu ma' Moira u bdew jistaqsu wkoll għar-raġuni wara dan kollu.

Ritratt: Facebook / Save St Julians

Wieħed ta' min jinnota li din iż-żona mhix klassifikata bħala żona għall-għawwiema. Jidher li numru ta' nies qed isemmgħu leħinhom sabiex din id-deċiżjoni tiġi rivokata u t-tabella titneħħa minn hemm.

Taħseb li għandu jkollna aktar bajjiet f'pajjiżna fejn wieħed jista' jmur bil-klieb tiegħu? Għidilna x'taħseb hawn taħt!

Ritratt: Facebook / Moira Delia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI