“Tkellimt Ma’ Maltin Affettwati Mill-Problemi Tekniċi Fl-Ajruporti Tar-Renju Unit” – L-MP John Grech

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-membru parlamentari John Grech tkellem dwar is sitwazzjoni fl-ajruporti tar-Renju Unit.

Hu qal, “Tkellimt ma’ Maltin affettwati mill-problemi tekniċi fl-ajruporti tar-Renju Unit, kif ukoll mal-Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit, Kummissarju Għolja tar-Renju Unit f’Malta u maċ-Chairman Eżekuttiv ta’ KM Malta Airlines.”

Żied, “Kemm il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fir-Renju Unit kif ukoll KM Malta Airlines qegħdin jipprovdu kull assistenza meħtieġa sabiex il-passiġġieri Maltin affettwati jkunu jistgħu jirritornaw lejn Malta mill-aktar fis possibbli. Ingħatajt ukoll konferma li KM Malta Airlines se tikkumpensa lill-passiġġieri għall-ispejjeż raġonevoli tal-akkomodazzjoni u ta’ titjiriet alternattivi, skont il-liġi applikabbli.”

Qal ukoll, “Min-naħa tiegħi, se nibqa’ nsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib u nżomm kuntatt kontinwu ma’ KM Malta Airlines, mal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fir-Renju Unit u mal-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit f’Malta, sabiex niżgura li l-passiġġieri Maltin jingħataw l-għajnuna kollha li jeħtieġu.”

Ritratti:

KM Malta Airlines

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI