Il-kantant lokali Ivan Grech qasam messaġġ ta’ kuraġġ u tama fuq Facebook, immirat lejn dawk kollha li bħalissa għaddejjin minn fażi diffiċli jew ta’ tħassib fil-ħajja tagħhom.
Fost kliem ta’ riflessjoni, Ivan tkellem dwar wieħed mill-aktar sentimenti diffiċli li jista’ jgħaddi minnhom bniedem.
Hu spjega kif kultant il-ħajja tista’ twasslek biex tħoss li spiċċa kollox, u li ma hemm xejn aktar lil hinn mill-problemi tal-preżent. Madankollu, sostna li l-bidla tibda meta persuna tagħraf titlob l-għajnuna.
“Ma nistgħux nippjanaw u lanqas nibdlu dak li jsir, nistgħu biss nibdlu l-mod kif nittrattawh u ngħixu miegħu u nippjanaw x’għandna nagħmlu wara… M’hemm l-ebda mistħija li titlob l-għajnuna, kun kburi meta titkellem ma’ ħaddieħor għax dik fiha nnifisha hija saħħa… Li tfittex l-għajnuna mhuwiex sinjal ta’ dgħufija, huwa fil-fatt sinjal ta’ saħħa.”
Messaġġ sabiħ immens Ivan!