Nar Ikkontrollat F’bini Li Għadu Qed Jinbena F’Ħal Luqa. Fortunatament Ma Kien Hemm L-Ebda Feruti – Civil Protection Malta

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili (CPD), flimkien mal-Fire Section tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ġew imsejħa biex jintervjenu wara li nqabad nar f’bini li għadu qed jinbena fi SkyParks 2, f’Luqa.

Bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-binjiet tal-madwar ġew evakwati sabiex tiġi żgurata s-sigurtà ta’ dawk kollha fl-inħawi. Il-ħaddiema tat-tifi tan-nar irnexxielhom jikkontrollaw in-nirien, filwaqt li bħalissa għaddejjin operazzjonijiet ta’ ventilazzjoni biex jitneħħa d-duħħan u jiġi żgurat li ż-żona tkun sigura.

Skont l-informazzjoni pprovduta, ma ġew irrappurtati l-ebda ġrieħi waqt l-inċident.

Fuq il-post baqgħu jaħdmu membri Protezzjoni Ċivili minn Fire Stations 1, 3, 4 u 5, flimkien mal-Emergency Department ta’ Mater Dei Hospital, il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u Transport Malta.

L-awtoritajiet qed ikomplu jissorveljaw is-sit u aktar aġġornamenti mistennija jinħarġu permezz tal-kanali uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta.

Ritratti:

Facebook/Civil Protection Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI