"Nawguralek Ħafna Affarijiet Sbieħ… Paċi, Ferħ U Speċjalment Saħħa… Inħobbuk Ħafna" – Eleanor Cassar F'Għeluq Snin Il-Kunjatu

Il-kantanta lokali Eleanor Cassar kitbet l-awgurju tagħha għal persuna speċjali fil-familja, il-kunjatu! Fil-fatt illum qed jiċċelebraw għeluq sninu, u għaldaqstant xtaqet tħalliliu erba’ kelmiet sbieħ fuq il-profil tagħha.

“Awguri Kunjat… Rocco Camilleri. Nawguralek ħafna affarijiet sbieħ… paċi, ferħ u speċjalment saħħa. Imħabba kbira lejk mingħand in-neputijiet tiegħek Krista Maraya, Benjamin Rocco u Andreas Carlo. Grazzi ta’ kollox u nħobbuk ħafna.”

Eleanor xerrdet ritratt tal-kunjatu Rocco għall-okkażjoni. F’isem it-tim tagħna nawguraw lil Rocco l-isbaħ xewqat! 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI