"Nawguralek Qalbi Se Nimmissjak Ħafna" – Shasha Lill-Għażiż Binha Sven Hekk Kif Se Jibda Avventura Barra Minn Xtutna

Jidher li Sven se jkun qed jibda avventura ġdida ġewwa r-Rumanija, f’pass importanti fil-vjaġġ personali u professjonali tiegħu. Ommu Shasha qasmet ritratt miegħu fuq il-midja soċjali biex tawguralu kull suċċess f’din l-esperjenza l-ġdida, filwaqt li esprimiet kemm se tkun qed timmissjah matul dan iż-żmien.

Mhux faċli għal omm tqatta’ xhur bogħod minn binha, speċjalment meta, bħal fil-każ ta’ Shasha, Sven dejjem għex magħha u kienu mdorrijin jaraw u jitkellmu ma’ xulxin kuljum. Din hija bidla kbira għalihom it-tnejn, iżda wkoll opportunità għal tkabbir fuq livell personali u professjonali.

Ovvjament, opportunità bħal din hija waħda sabiħa immens għal Sven biex ikompli javvanza fis-settur tiegħu u jiftaħ orizzonti ġodda barra minn xtutna. Nawgurawlu kull suċċess f’din il-fażi l-ġdida ta’ ħajtu!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI