Nawguraw F’Għeluq Sninu Lill-Produttur, Preżentatur U Attur Lokali Gordon Bonello

Gordon Bonello

Ilbieraħ kien għeluq snin l-attur, preżentatur u produttur, Gordon Bonello. Ħafna jafu lil Gordon bil-parti li kellu fuq programmi bħal Deċeduti, Evanġelisti u Min Imissu?! fejn ħadem karattri li ħallew impatt.

Gordon kien ukoll preżentatur fl-ewwel staġun ta’ Malta Got Talent fejn fit-tieni staġun kellu l-irwol ta' wieħed mill-judges ukoll. Magħruf anke l-produttur ta' diversi avvenimenti grandjużi f'pajjiżna fosthom il-Junior Eurovision Song Contest.

Kif ħafna jafu għamel żmien jipprezenta l-kwiżż televiżiv Moħħok Hemm flimkien ma’ Carlo Borg Bonaci. Kellu f'idejh anke l-programm mużikali Backstage TV.

Awguri mill-qalb Gordon! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!

Awguri Gordon!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI