Fuq il-paġna Iż-Żurrieq Local Council itella’ awgurju għal persuna li għalqet l-età sabiħa ta’ 100 sena. F’isem il-kunsill lokali tar-raħal awgurawlha aktar saħħa u kuntentizza.
“Nawguraw lil Nina Farrugia Żurrieqija f’għeluq il-100 sena tagħha! Nitolbu lill-Mulej iżomm idejh fuqha u jkompli jberikha b’saħħa, paċi u hena,” jiktbu tal-kunsill. Kienu ħafna, speċjalment Żrieraq, li kkummentawlha u bagħtu x-xewqat sbieħ.
Kemm hu sabiħ li tara nies jilħqu etajiet tant sbieħ. Awguri Nina għal aktar snin ta’ saħħa u dak kollu li tixtieq qalbek!