Illum tiċċelebra għeluq sninha l-artista lokali Sarah Bonnici, li s-sena li għaddiet, irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest permezz tal-kanzunetta Loop. L-għażiża ommha, f’dan il-jum speċjali tgħaddilha messaġġ mimli mħabba bl-awguri tagħha.
Hi tiktbilha, “Nawguralek għeluq sninek it-tajjeb, għażiża Sarah. 27 sena għaddew malajr wisq, minn tifla ċkejkna li bdiet titkellem u tkanta qabel ma bdiet timxi għall-persuna meraviljuża li sirt illum. It-tbissima sabiħa u t-talenti tiegħek iddawlu kull ġurnata, u li narawk tikber jimlilna qalbna b’kburija u ferħ bla tarf. Nawgurawlek suċċess, hena, u mħabba f’kollox li tagħmel. Ibqa’ tiddi.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Sarah l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha, flimkien ma’ sena mimlija saħħa, hena u paċi f’qalbha. Awguri Sarah!