Danita fuq il-mezzi soċjali tagħha tikteb messaġġ lill-kelb tagħha Buddy. Hi tikteb, “Kif ittir iż-żmien, kif jinbidel u kif jgħaddi. Kemm niġbru u kemm ngħaddu minn esperjenzi. Kemm jinbidlu l-ħbieb, kemm jinbidlu l-affarijiet f’ħajjitna. Kemm argumenti, kemm bidliet u kemm traġedji.”
Hi żżid, “F’dawn it-terbulenzi kollha tal-ħajja, l-annimal jibqa’ dejjem leali. Ma’ kull argument, il-kelb baqa’ maġenbek, anke jekk l-argument kien miegħu. Ma’ kull ħarġa li ħallejtu warajk, xorta waħda sibt denbu jferfer għalik hekk kif dħalt lura d-dar.”
Danita tkompli, “Ma’ kull żball, dejjem rajt widnejn lura b’wiċċ ħanin, denb taħt il-blat, donnu jiskuża ruħu għal kull għemil ħażin. Il-lealtà tal-annimal ma tinbidilx – il-ferħ u l-eċitament għal kull mawra, basta jkun miegħek. Tieħdu fejn tieħdu, ma jinteressahx, basta miegħek – il-mimmi ta’ għajnejh.”
Hi żżid, “Kemm hi kiefra l-ħajja, imma dik hi l-ħajja. Kulħadd jikber, iż-żmien ittir, u kull ġurnata hija rigal. Bl-ebda mod m’iniex se naqta’ qalbi minnek, bħalma int qatt ma qtajt qalbek minni, minkejja kull bidla li ġrat u affettwatlek ħajtek magħna.”
Danita tkompli, “Nibqa’ leali lejk, ħabib tiegħi Buddy. M’iniex se naqta’ qalbi, u sakemm nista’, nibqa’ nipprova nsalvalek ħajtek.”
Facebook / One Chick and a Yorkie