Waħda mill-aqwa duos li għandna fl-ispettaklu Malti huma bla dubju Ryan u Josmar, preżentaturi tant maħbuba. Illum Josmat għandu għeluq sninu u Ryan kitiblu messaġġ verament sabiħ!
“Minn fejn se nibda u fejn nispiċċa ma nafx…li naf hu li bis-saħħa ta’ Sibtek, sibt lilek,” hu kiteb. “Qatt ma ħsibt li nista’ nsib persuna li tifhimni 100% bħal ma tagħmel int!”
“Niltagqħu ma’ nies u jgħidulna li nagħmlu koppja ta’ vera u naqbel! Għax bit-tajjeb u bil-ħażin tagħna, għandna kemistrija li ġibnieha biż-żmien, u b’hekk nibqa’ ngħożż kull esperjenza li nqattgħu flimkien. U ħolma waħda għandi – li nixjieħu flimkien.”
“Kompli vvinta, oħlom u wettaq kif dejjem tagħmel. Awguri f’għeluq sninek għażiż!”
Facebook/Ryan u Josmar