“Niċċelebra Erbgħin Sena Ta’ Ħajja… L-Aqwa Kapitli Għadhom Jistennew Biex Jinkitbu” – Mummy On Diet

Alison, magħrufa għall-paġna tagħha Mummy on Diet, iċċelebrat jum għeluq l-erbgħin sena tagħha.

Fuq il-mezzi soċjali tagħha hi spjegat, “Grata. Jekk l-għoxrinijiet kienu fejn sibt lili nnifsi, u t-tletinijiet kienu fejn wrejt prova ta’ min jien, mela nittama li l-erbgħinijiet huma fejn sempliċiment inkun jien innifsi. Lil kull min kien parti mill-vjaġġ tiegħi... grazzi. Kull lezzjoni, kull sfida, kull memorja, għenet biex tagħti forma lill-mara li jien illum.”

Żiedet tgħid, “Niċċelebra erbgħin sena ta’ ħajja... l-aqwa kapitli għadhom jistennew biex jinkitbu.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollha sena oħra mill-isbaħ mimlija saħħa, hena, u mħabba. Awguri għażiża Alison!

Ritratti:

Facebook / Mummy on Diet

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI