Omm il-preżentatriċi Marica Caruana Smith ilbieraħ iċċelebrat għeluq is-70 sena. Marica f’post ħelu fuq facebook qalet, “Niċċelebraw il-ħajja! Ommna għalqet 70! Il-blata tal-familja tagħna!”
Hi kompliet il-messaġġ tgħidilha, “Alla jbierek u jagħtik aktar snin ta’ saħħa, imħabba u serenità, għax dak hu dak li ħaqqek! Aħna nħobbuk hekk ħafna ommi u grazzi għall-imħabba, kura, paċenzja u appoġġ kollu! Ingawdu din il-ġurnata speċjali, bir-restrizzjonijiet u l-miżuri kollha li dan il-Covid jeħtieġ!”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat u saħħa għas-snin li ġejjin!
Facebook / Marika Caruana Smith