Fuq il-paġna Sisters of Charity Malta sellmu lil Sr Matilde fl-okkażjoni tat-92 sena tagħha permezz ta’ messaġġ mimli rispett, mħabba u ringrazzjament għas-snin twal ta’ servizz tagħha.
Fil-messaġġ tagħhom, Sisters of Charity Malta qalu li llum qed jiċċelebraw il-ħajja, il-fidi u s-servizz mimli mħabba ta’ Sr Matilde matul dawn is-snin kollha.
“Illum niċċelebraw lil Sr Matilde u nirringrazzjaw għat-92 sena ta’ ħajja, fidi, u servizz kollu mħabba,” jiktbu fl-awgurju.
Huma talbu biex Alla jkompli jberikha bis-saħħa, paċi u ferħ. Il-komunità reliġjuża temmet il-messaġġ tagħha b’awguri sinċieri ta’ għeluq snin lil Sr Matilde, li tul ħajjitha kienet ta’ ispirazzjoni għal ħafna persuni.
Awguri mill-qalb Sr Matilde!