Il-kantanta lokali Yorika Attard qasmet mal-followers tagħha xi mumenti emozzjonanti minn ġurnata li ddeskriviet bħala waħda li “qatt mhu se jinsew”.
Fuq il-midja soċjali, Yorika qasmet diversi ritratti u mumenti mill-okkażjoni speċjali tagħha u tal-imħabba ta’ ħajjitha, fejn qalu s-signor si.
Il-kantanta rringrazzjat ukoll lill-ħabib tagħhom u groomsman, Kyle Sultana, talli rnexxielu jiġbed ritratti ta’ dawn il-mumenti b’mod tant sabiħ u naturali.
Il-pubblikazzjoni ġabet magħha bosta kummenti ta’ awguri u messaġġi ta’ mħabba mingħand segwaċi u ħbieb tal-kantanta, li ferħu magħha għal din il-ġurnata memorabbli.