Nicola Mistennija Lura Malta Proprju Għada – Għandek Iċ-Ċans Li Tiltaqa' Magħha!

Is-segwaċi ta’ Love Island Malta għandhom għalxiex jistennew bil-ħerqa l-ġurnata ta’ għada, it-Tlieta 14 ta’ Ottubru, hekk kif se jkollhom l-opportunità jilqgħu lura lil Nicola Gauci Borda-Warr fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-wasla tagħha hija mistennija fis-20:30, wara li temmet l-aħħar avventura tagħha fil-programm internazzjonali Love Island Games li ġie ffilmjat f’Fiji. Il-paġna uffiċjali ta’ Love Island Malta ħabbret l-aħbar b’ton ta’ eċitament, u stednet lill-pubbliku biex jingħaqad f’dan il-mument speċjali.

Nicola, reġgħet kisbet attenzjoni internazzjonali meta ġiet mistiedna tirrappreżenta lil Malta f’Love Island Games. Din hija spin-off tal-programm famuż fejn eks-parteċipanti minn diversi pajjiżi jiltaqgħu biex jiffurmaw koppji ġodda u jikkompetu f’serje ta’ sfidi romantiċi u fiżiċi.

Il-vjaġġ tagħha f’Fiji mhux biss kien opportunità biex turi l-personalità vibranti tagħha lil udjenza internazzjonali, imma wkoll biex ġġib lura sens ta’ kburija għal pajjiżna.

Bosta segwaċi diġà esprimew l-eċitament tagħhom fuq il-midja soċjali, bil-kummenti juru kemm Nicola baqgħet maħbuba fost il-pubbliku. Wara esperjenza unika fuq skala internazzjonali, Nicola issa qed terġa’ lura f’Malta fejn bla dubju se tiltaqa’ ma’ ħafna segwaċi li segwew il-vjaġġ tagħha sa minn meta kienet fuq l-ewwel Love Island Malta.

Facebook / Love Island USA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI