“Niftakar Din It-Tradizzjoni Antika Nilagħbu L-Passju Permezz Ta’ Ġebla Żgħira” – Life Of Papa Chris

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ The Life Of Papa Chris Malta, Chris ippubblika ftit ritratti gustużi tiegħu jilgħab il-passju mas-subien għeżież tiegħu. Hu spjega ftit l-istorja wara dawn ir-ritratti u rringrazzja mill-qalb lis-sindku taż-Żurrieq.

Kiteb, “Bonġu! Hekk kif konna qed induru, ilmaħna dan il-ġnien żgħir. Niftakar din it-tradizzjoni antika nilagħbu l-passju permezz ta’ ġebla żgħira, naqbżu u ngawdu l-ħin flimkien. Prosit lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq talli ħalla dan il-passju biex dawn it-tradizzjonijiet ma jmutu qatt.”





Hija tassew xi ħaġa sabiħa li logħba sempliċi bħal din, li ġejja mit-tradizzjonijiet Maltin, tista’ tgħaqqad familja b’dan il-mod u tgħinhom jieħdu pjaċir flimkien filwaqt li anke jagħmlu l-eżerċizzju! Żgur li dan il-mument se jibqa’ mnaqqax f’qalbhom għal dejjem!

Facebook / The life of Papa Chris Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI