Sicari Stefano, li nafuh anke bħala parteċipant waqt Liqourish ta' din is-sena, kiteb dwar il-kundizzjoni tal-ADHD u l-mod kif in-nies għandhom drawwa jitkellmu dwar persuni li għandhom l-ADHD.
Stefano jiftakar anke fit-tfulija tiegħu meta professjonisti tkellmu ma' ommu dwar kif il-kundizzjoni tal-ADHD skonthom ser taffetwah.
"Ottubru huwa ix-xagħar fejn niftakkru fil-kondizzjoni tal-ADHD. Fis-sekondarja niftakar nies jgħidu lil ommi li din l-istess kundizzjoni ħa tkun problema biex it-tifel jaħdem fi grupp, jesprimi ruħu, jikkonċentra u jirnexxi fl-iskola."
Ikompli jsemmi, "Niftakar ukoll il-frażijiet bħal, 'qisu għandu l-molol', jew inkella, 'dan kif trabba u joqgħod id-dar, m'għandux kwiet'. L-aktar ħaga li baqgħet f'moħħi hija meta psikjatra li kont suppost immur għandu għall-kura, kien dejjem jimplika li jien nista' ninsa xogħol ġewwa uffiċju ħabba l-effetti tal-ADHD..."
Setfano jżid kif illum il-ġurnata hawn ħafna għarfien fuq din il-kundizzjoni, u li f'ħajtu bil-kuraġġ u l-appoġġ irnexxa, anke bl-ADHD. Laħaq il-pożizzjoni li xtaq u li ħadem għaliha, u kiseb suċċessi wkoll.
"Tħallu l-ħadd iwaqqafkom milli taħdmu għal dak li tixtiequ tkunu f'ħajjitkom. Iva, nistgħu nkunu daqsxejn fuq tagħna, nitilfu l-konċentrazzjoni u noqomsu fuq is-siġġu, però dan kollu mhux ġej mit-trobbija jew minn xi dnub."
Prosit Stefano x'erba' kelmiet!