Il-ġimgħa l-oħra l-grupp mużikali The Travellers esprimew id-diżappunt tagħhom meta twaqqfu f’nofs kanzunetta waqt kunċert ta’ EuroPride Valletta 2023. Madanakollu, l-organizzaturi ta’ dan l-avvaniment, ‘Greatt’, għamlu apoloġija pubblika li ħarġet aktar kmieni llum, li l-grupp laqgħa.
The Travellers irringrazzjaw lill-pubbliku ġenerali, lill-artisti sħabhom li wasslu l-vuċi tagħhom magħna, u lil Howard Keith Debono u Besteamaudio tal-professjonalità tagħhom. “Ejja nkomplu naħdmu flimkien, aħna l-artisti Maltin u Għawdxin, għal ambjent aħjar fl-industrija tagħna” kiteb il-grupp.