“Nimmissjak Immens, Għażiż” – L-Attriċi Amy Callus Tħabbar It-Telfa Ta’ Żewġha George

Amy Callus

L-attriċi Amy Callus, li żgur ħafna jiftakruha għall-karattru ta’ Mrs Axiaq fuq Simpatiċi, ħabbret li sfortunatament ħalla din id-dinja żewġha George.

Sellem il-memorja tiegħu ukoll it-tim ta’ Comtec Service Limited, li kien serva ta’ direttur u ko-fundatur tal-kumpanija.

“George kien forza li gwidat il-kumpanija, u d-dedikazzjoni, it-tmexxija u l-viżjoni tiegħu kellhom irwol vitali fit-tiswir ta’ Comtec f’dak li hi llum. Hu se jibqa’ mfakkar b’rispett u gratitudni kbira…”



Amy qasmet ritratt tal-għażiż żewġha George, u kitbet, “Ħalla din id-dinja l-għażiż żewġi George… Nimmissjak immens, għażiż… Kull min jixtieq li jsellem il-memorja tiegħu, mistieden nhar is-Sibt fil-Knisja tar-Rotunda, l-Mosta, fit-08:30 ta’ filgħodu.”



Kondoljanzi minn qalbna Amy. Jiddispjaċina. Strieħ fis-sliem, George.



Ritratti:

Facebook/ SIMPATICI/ Joe Julian Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI