Wara li lbieraħ kellha tittieħed l-isptar, iċ-ċkejkna Francesca issa ħarġet tirringrazzja lil dawk kollha li talbu għaliha u li saħansitra bagħtulha messaġġ fejn awgurawlha fejqan bikri.
“Grazzi talli tlabtu għalija u nħobbkom ħafna,” stqarret iċ-ċkejkna f’filmat kommoventi flimkien m’ommha Michelle fejn ukoll aċċertat lil kulħadd li issa tinsab “ħafna aħjar”.
Iċ-ċkejkna u ommha stqarru li tħallew emozzjonati u bla kliem meta raw l-ammont ta’ nies li wrew appoġġ lejhom f’dan il-mument.
Kuraġġ, Francesca!
Ritratti: Facebook / Michelle Rausi