"Ninsab Ħerqana!" – Ira Losco Sa Tkun Parti Miċ-Ċelebrazzjoni Ta' Lejliet L-Ewwel Tas-Sena

Bħalma dejjem seħħ fis-snin preċidenti, fil-Belt Valletta mistenni jkun hemm spettaklu mill-isbaħ imżewwaq bis-sehem ta’ diversi artisti hekk kif il-poplu Malti jilqa’ s-sena l-ġdida lejliet l-1 ta’ Jannar.

Il-kantanta bravissima Ira Losco ħabbret li hija sa tkun waħda mill-artisti li sa tiċċelebra dan il-mument speċjali li jseħħ biss darba f’sena flimkien mal-folla li sa tinġabar fil-belt kapitali.

“Ninsab verament ħerqana sabiex nispiċċa din is-sena proprju fil-Belt Valletta flimkien ma’ diversi artisti oħrajn,” kitbet Losco fuq il-mezzi soċjali.





Flimkien magħha sa jkunu qed jingħaqdu artisti oħrajn fosthom Kevin Paul u Shaun Farrugia.

Prosit tassew!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI