Il-Gżira llum tilfet waħda minn uliedha! Marion għamlet 27 sena fil-kunsill lokali u sfortunatament il-lejl li għaddha għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Is-Sindku Condrad Borg Manché dalgħodu qasamt l-aħbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu.
Hu kiteb, “Ninsab ixxukkjat, imdejjaq u mbikkem bl-aħbar li dan il-lejl marret tiltaqa’ mal-Mulej is-Sinjura Marion Monaco. Marion hija l-iktar persuna li serviet fil-Kunsill Lokali tagħna għal 27 sena sħaħ. Sa mill-bidu nett ħadmet b’dedikazzjoni u mħabba kbira lejn ir-residenti u lejn kull min ħadem magħha b’mod speċjali l-anzjani tagħna li tant kienet tħobb, kienet tieħu ħsieb torganizzalhom l-attivitajiet u kienet punt ta’ referenza għalihom.”
Hu kompla jgħid, “Persuna maħbuba minn kulħadd, ċertament ser tħalli vojt kbir, persuna ta’ qalb tajba, persuna li dejjem lesta tgħin lil kulħadd, persuna li tħossok tajjeb tiftaħ qalbek magħha u dejjem kienet ta’ għajnuna kbira kemm fuq ix-xogħol kif ukoll personalment, kont nistħajjilha t-tieni ommi.”
Hu jtemm jgħid, “Sakemm nerġgħu niltaqgħu Marion, ħarisna minn ħdejn il-Madonna li tant kont tħobb. Dejjem fi ħsibijietna u ma ninsewk qatt. Kondoljanzi minn qalbi lit-tifel David u lil familjari kollha.”
Aħna ningħaqdu mas-Sindku tal-Gżira u noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familjari ta’ Marion. Żgur li ħafna ħa jħossu n-nuqqas tagħha. Strieħ fil-paċi Marion.
Facebook / Carlo Borg Manche