F’dawn l-aħħar jiem is-Segretarju Ġenerali Andy Ellul kellu l-opportunità li jirrappreżenta lil pajjiżna f’konferenza globali li seħħet fil-Marokk fejn matulha ġew diskussi sfidi u opportunitajiet relatati max-xogħol diċenti, il-protezzjoni soċjali kif ukoll l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal.
Wara li attenda din il-konferenza s-Segretarju Ġenerali esprima fuq il-midja soċjali s-sodisfazzjon tiegħu li “f’pajjiżna hawn liġijiet b’saħħithom u proċeduri stabbiliti li jħarsu u jipproteġu t-tfal”. Faħħar bis-sħiħ il-prijorità li dejjem ingħatat matul dawn l-aħħar snin lejn il-benneseri tat-tfal.
Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul semma kif matul il-konferenza ltaqa’ wkoll mal-Ministru Marokkin responsabbli fost oħrajn għall-ekonomija inklussiva. Saħaq li miegħu kellu laqgħa pożittiva.
Facebook / Andy Ellul