“Xi Ħaġa Ġdida, Din Id-Darba Mhux Fuq Palk…” – Ivan Grech

Figura magħrufa minn ħafna Maltin dehret fuq il-palk tal-Karnival b’dehra ġdida u aktar impressjonanti minn qatt qabel. Din id-darba, il-karattru ma deherx biss bħala parti minn spettaklu, iżda bħala simbolu ċar tax-xogħol artistiku, il-passjoni u t-talent li hemm wara kull dettall.

Il-kantant Malti Ivan Grech qasam dan il-mument fuq il-midja soċjali fejn esprima l-ammirazzjoni tiegħu għax-xogħol li sar: “Il-Karru tar-Rockestra.” Hu sostna li kull min jara mill-qrib kif jinħoloq dan il-proġett jinduna kemm hemm dedikazzjoni u ħila. Huwa faħħar b’mod partikolari t-talent u l-passjoni li juru l-artisti involuti.



Il-figura maħluqa artistikament ta’ Ivan Grech jagħmel parti mill-produzzjoni ta’ DreamTeam Carnival Company, li sena wara sena toħloq xogħlijiet kreattivi u viżwalment spettakolari li jispikkaw waqt il-Karnival Malti. Id-dettalji realistici u l-kuluri vibranti huma l-qofol ta’ dan ix-xogħol. 



Għal ħafna, il-Karnival mhuwiex biss żmien ta’ festi, iżda wkoll ċelebrazzjoni tal-kreattività Maltija u produzzjonijiet bħal dawn juru biċ-ċar kemm l-arti tal-Karnival f’Malta qed tkompli tikber u timpressjona.



Ritratti:

Facebook/ Ivan Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI