“Niskanta Kemm Hawn Nies Li Jaħsbu Li Huma Alla U Allura Jabbużaw Bil-Ħazen U L-Qerq” – Maria La Barokka Muscat

Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat qasmet ħsieb interessanti ħafna fuq il-profil tal-Facebook tagħha, dwar l-imġieba u attitudni ta’ ċertu nies.

“Niskanta kemm hawn nies li jaħsbu li huma Alla u allura jabbużaw bil-ħażen u l-qerq anki jekk b’dan il-ħażen nies isofru, jitkissru, u jispiċċaw jgħixu żmien twil ta’ miżerja u uġigħ,” hi kitbet. “Dawn in-nies onestament nitħassarhom għaliex ma jirrealizzawx li dak li tiżra’ b’xi mod se taħsdu wara, jekk mhux issa wara l-mewt.”

“ Kif dejjem ngħid iktar faċli li wieħed jissieħeb mal-ħażen jekk qed igawdi minnu f’din il-ħajja, milli jieqaf għas-sewwa.  F’qalbna lkoll għandna Kuxjenza u nafu dak li hu tajjeb u ħażin,” hi kompliet tgħid.

“Nies li jaħsbu li huma allat, jarmu l-kuxjenza u jibdluha ma’ dik li tkejjel il-poter u l-flus. Għandek kemm għandek poter u flus, dawn kollha jispiċċaw mal-mewt. Il-mewt għalhekk hi ġusta, għax kulħadd jintemm, imma dak li jinżera’ matul il-ħajja, dak se jibqa’ jgħodd.” 







Ritratti:

Facebook / Maria La Barokka Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI