“Nissuġġerixxi Li Jsir Monument Ta’ Ġorġ Tal-Mużew Fejn Tant Ferraħ U Sabbar Pazjenti” – Rita Pace

Ilbieraħ tħabbar li ħalliena Ġorġ Tal-Mużew – bniedem li huwa meqjud bniedem uniku, ideali u qaddis minn kulħadd. Ġorġ jibqa’ mfakkar għall-battuti ħelwin li kien jgħaddi lill-pazjenti rikoverati fl-isptar.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm l-Arċisqof Schicluna fejn semma li apparti ħabb lill-proxxmu tiegħu, kien bniedem li jfakkru fil-Mulej. Apparti minn dan, il-kantanta Rita Pace xtaqet tagħmel suġġeriment. 



gorg



Hi kitbet hekk: “Nissuġġerixxi li jsir monument ta’ Ġorġ tal-Muzew viċin l-isptar  fejn tant ferraħ u sabbar pazjenti. Għamel zmien twil minn ħajtu jmur biex inissel tbissima u jkun ta’ sostenn lil kulħadd. B’hekk kull meta narawh nerġgħu insellmu l-memorja tiegħu u din biss ukoll isservi ta’ faraġ u eżempju. Ma nafx taqblux miegħi.”

Int x’taħseb dwar din l-idea? Iktbilna fil-kummenti.

Facebook/Joe Julian Farrugia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI