“Nixtieq Ninfurmakom Li Bħalissa Qed Inkun Rikoverata L-Isptar Minħabba Kundizzjoni Relatata Mal-Marda Tal-Crohn's” – L-MP Katya De Giovanni

Il-Membru Parlamentari Katya De Giovanni nfurmat lis-segwaċi tagħha permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, li bħalissa qed tkun rikoverata l-isptar.

Hi kitbet, “Għeżież ħbieb, nixtieq ninfurmakom li bħalissa qed inkun rikoverata l-isptar minħabba kundizzjoni relatata mal-marda tal-Crohn’s. Għalhekk, ser inkun indisposta u mhux disponibbli għal ftit jiem sabiex nieħu l-mistrieħ meħtieġ u niffoka fuq l-irkupru sħiħ tiegħi. Skużawni għal kwalunkwe inkonvenjent li jista’ jkun ikkawżat minn din is-sitwazzjoni. Sadanittant, f’każ ta’ xi ħaġa urġenti, toqogħdux lura milli tikkuntattjawni. Fejn possibbli, se nkun disponibbli waqt li qed nirkupra. Grazzi minn qalbi tal-appoġġ tagħkom.”

Inżommuha fit-talb tagħna biex tikseb lura saħħitha malajr kemm jista’ jkun. Kuraġġ!





Facebook / Katya De Giovanni



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI