It-tabib Frank Portelli kmieni llum qasam messaġġ li rċieva mingħand waħda mara. Sinjura li waqt li r-raġel tagħha kien qed l-isptar, din il-mara kienet tassew inkwetata fuqu u daret fuq it-tabib Frank Portelli li għamlilha ftit kuraġġ u qasam mas-segwaċi tiegħu sabiex jitolbu għal żewġha f’dan il-mument tant delikat.

Ritratt: Facebook / We Work at Mater Dei
Jidher li l-affarijiet qalbu għall-aħjar, għax is-sinjura bagħtet messaġġ lit-tabib Portelli b’aħbar pożittiva. Hi kitbitlu, “Hello Dott, illum l-ewwel darba li dħalt FB minn mindu bagħtlek is-sitwazzjoni tiegħi… nixtieq nirringrazzja lilek l-ewwel nett tal-kuraġġ li tajtni waqt li żewġi kien l-isptar u t-tieni, grazzi lil dawk in-nies kollha li bagħtu messaġġ li ħa jitolbu għalina u għamluli kuraġġ.”
Is-sinjura tagħlaq il-messaġġ b’aħbar sabiħa, “Ir-raġel illum qiegħed id-dar u qed jagħmel progress fil-fejqan tiegħu. Grazzi.” Kelma ta’ faraġ u kelma ta’ kuraġġ f’dawn iż-żminijiet taf tkun l-aqwa mediċina li tista’ tagħti lil xi ħadd. Żommuha f’moħħkom u ħudu ħsieb lil ta’ madwarkom.
Facebook / Frank Portelli