Ixxerja
Ilbieraħ Bjorn Formosa kiteb post biex jirringrazzja lill-familjari ta' Dun Willie, li kien ħalla din id-dinja, għal donazzjoni li taw. Bjorn jesprimi gratitudni lejn dan il-ġest sabiħ li se jħalli anke ħafna frott għar-residenti ta' DAR Bjorn.
"Hemm nies li anke wara li jħalluna, l-ispirtu tagħhom ta' servizz jibqa' jgħix. Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-familja tal-mibki Dun Willie Vella, mill-Imġarr, għad-donazzjoni sabiħa li għamlu f'ismu."
Isemmi fost il-kwalitajiet sbieħ li kellu, speċalment li jagħti servizz lil min hu fil-bżonn minn qalbu.
Bjorn ikomplij ikteb, "Dun Willie ddedika ħajtu biex jaqdi lill-oħrajn. Il-fatt li l-familja tiegħu għażlet li tonora l-memorja tiegħu billi tgħin lil DAR Bjorn hija turija tal-qalb kbira li kellu hu, u li għandhom huma. Grazzi talli qed iżżommu l-memorja tiegħu ħajja b'ġest ta' mħabba lejn ħaddieħor. Strieħ fi sliem!"
Insellmu l-memorja ta' Dun Willie.
Facebook/ Bjorn Formosa
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.
Artisti Lokali Jressqu Azzjoni Legali Minħabba Nuqqas Ta’ Ħlas Relatat Mal-Produzzjoni ‘Divas II – The Dance Show’
Gwida.mt
Illum
Kantanti u artisti Maltin magħrufa, fosthom Ira Losco, Destiny Chukunyere, Gaia Cauchi, Mary Rose Mallia, Sarah Bonnici, Deborah Ann Vella, Pamela Kerr u l-produttur mużikali Elton Zarb, jidher li ressqu azzjoni legali kontra l-koreografu Felix Busuttil Galea.L-azzjoni, ippreżentata fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, tgħid li numru ta’ artisti għadhom ma tħallsux għal servizzi professjonali tagħhom fil-produzzjoni Divas […]