Sfortunatament jidher li llum għandna nistennew numri ogħla minn dawk li rajna fl-aħħar jiem, dan kitbu Gerald Fenech fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook. Kliem li ġie wkoll minn naħa tat-tabib Frank Portelli li qal li sat-8:00 ta' dalgħodu kien hemm ġa 'l fuq minn 150 każ pożittiv.
Il-ġlieda kontra l-virus hi waħda, l-awtoritajiet qed jipprovaw jagħmlu kemm jistgħu testijiet sabiex dawk li jinstabu pożittivi jkunu jistgħu jingħlaqu għalihom f'iżolazzjoni ħalli ma jferrxux il-virus. Nittamaw li waqt l-aġġornament tan-12:30 naraw nurmu sabiħ ta' persuni li fiequ mill-virus, kif kellna fl-aħħar jiem.
Importanti li nibqgħu nieħdu ħsieb saħħitna u nimxu mal-miżuri maħruġa mid-dipartiment tas-saħħa.