Numru ta’ Nies Juru Solidarjetà Mal-Familja Li Spiċċat Barra Minn Darha

Kultant inkunu għaddejin gas mal-pjanċa u ma nindunawx b’dak li għaddej madwarna iżda ħafna drabi tajjeb nieqfu ftit u naraw kif nistgħu ngħinu anke jekk hu bl-aktar mod sempliċi. Ilbieraħ Malta qamet maħsuda hekk kif familja oħra, sfaxxat barra minn darha wara li iġarrfu żewġ ħitan tal-proprjetà tagħhom.

Il-post hu kundanabli u tant qed f’periklu kbir li l-familja spiċċat bla saqaf. F’wieħed mill-ewwel kummenti li għaddiet lil midja, Janet Walker staqsiet kif il-familja ħa tmur għall-praċett tat-tifla t’oħtha wara li l-ħwejjeġ jinsabu ġol-post li ma jistgħux jidħlu fih.

1.2d

Fotografu lokali għamel appell biex min jaf lil din il-familja jgħaddilhom il-kuntatt tiegħu għax qed joffrilhom free photoshoot. Kien hemm min saħansitra offra li jagħmel souvenirs b’xejn lil din il-familja u anke min ikkumenta li lest jgħaddi libsa tal-praċett lil din il-familja. Il-familja ġiet offruta wkoll kamra ġewwa Diplomat Hotel!

Sabiħ immens meta l-kommunità tingħaqad biex turi solidarjetà ma’ ħutha. Kelma ta’ faraġ tkun apprezzata dejjem però meta wieħed joffri l-ħin tiegħu jew inkella lest li jgħaddi xi ħaġa personali, tinduna kemm għandna poplu ġeneruż.

Facebook / Conrad Neil Gatt & Janet Walker

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI