Illum Tiċċelebra Għeluq Sninha Taryn Mamo Cefai – Rajnieha Bħala Attriċi U Preżentatriċi Tar-Radju

Taryn Mamo Cefai

Illum 16 ta’ Settembru nawguraw lill-bravissima Taryn Mamo Cefai - li qed tiċċelebra għeluq sninha llum!

Żgur li bosta jiftakruha taħdem il-parti ta’ Lydia fis-serje tant maħbuba Strada Stretta. Apparti li ħadmet fil-parti prinċipali f’dan is-serje, Taryn rajnieha wkoll fis-sensiela Il-Klikka.

Apparti li hi attriċi mill-aqwa, Taryn għandha ferm għal qalbha s-safar fejn is-segwaċi tagħha jistgħu jaraw avventuri f’pajjiżi differenti permezz tal-paġna tagħha fuq il-midja soċjali bl-isem ta’ Taryn’s Travels.

Ftit ilu Taryn ħabbret li ser tkun qed tieqaf għalissa mill-irwol ta' preżentatriċi tar-radju. It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jawguralek ħafna affarijiet sbieħ għażiża Taryn, illum u dejjem!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI