“Onestament M’Għandix Il-Kliem Biex Nesprimi Kemm Jien Kburija Bik” – Jessica Muscat Lil Żewġha

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, Jessica Muscat awgurat lill-għażiż żewġha Ryan għar-riżultat tal-ġenn li kiseb.

Hi kitbitlu, “Onestament m’għandix il-kliem biex nesprimi kemm jien kburija bik. Illum irnexxielek tagħmel il-50km XTERRA Trail World Championship u wasalt bħala l-ewwel atleta Malti, u fis-sitt post b’kollox, f’biss erba’ sigħat u sittax-il minuta. Nemozjona ruħi naħseb fuq dak kollu li mar wara dan il-mument. Ix-xhur ta’ prattika, dixxiplina, sagrifiċċji, l-għejja…”



Żiedet tgħid, “Li narak tasal sal-aħħar u fl-aħħar mort ngħannqek wara kollox li għaddejna minnu biex wasalna s’hawn, hi xi ħaġa li mhux se ninsa qatt.”



Kompliet tikteb, “Fl-aħħar għażiż żewġi u l-eroj tiegħi… Ħdimt tant u tant għal dan u veru jistħoqqlok kull sekonda ta’ dan ir-riżultat. Kemm jien kburija ngħidlek żewġi. Inħobbok ħafna xxx”



Ritratti:

Facebook / Jessica Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI