Organizzazzjoni Tal-Qtates Tittallab Għad-Donazzjonijiet: “Mhux Se Jifdalna Sa Ġimgħa Oħra”

L-organizzazzjoni Kitty Guardians for Strays, li tieħu ħsieb aktar minn 130 qattus tat-triq, qed tagħmel appell fuq il-midja soċjali għad-donazzjonijiet.

“Jekk jogħġbok għinna. Il-fondi huma drastikament baxxi, mhux se jifdalna flus sa ġimgħa oħra,” ġie miktub fuq Facebook.





“Id-donazzjoni tiegħek tfisser li nkunu nistgħu nibqgħu nitimgħu ‘l fuq minn 130 qattus tat-triq kuljum, nixtru l-ikel u mediċina, inħallsu l-kontijiet tal-veterinarju u nkun żguri li l-qtates ma jkollhom bżonn xejn. Il-ġentilezza u l-ġenerożità tiegħek tfisser barka mimlija mħabba.”



  • Għad-donazzjonijiet tal-BOV Mobile u Revolut uża: 77042556
  • Għal donazzjonijiet minn Paypal uża: paypal.me/kittyguardiansmalta
  • Għal donazzjonijiet ta’ ikel u xelter ibgħat messaġġ lil Kitty Guardians for Strays fuq Facebook.

Facebook/Kitty Guardians for Strays

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI