It-Tfal Ippruvaw Ġiġi’s Lunch Bag Ta’ Maypole – Ara X’Kellhom Xi Jgħidu!

Min aħjar mit-tfal stess biex jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar prodott maħsub apposta għalihom? Maypole ddeċidew li jpoġġu l-Ġiġi’s Lunch Bag għall-prova billi jħallu grupp ta’ tfal iduquha u jaqsmu r-reazzjonijiet tagħhom!

Ġiġi’s Lunch Bag, li tinbiegħ għall-prezz ta’ €3.25 biss, tinkludi żewġ ħobżiet żgħar b’mili differenti, fosthom tonn u kunserva, bajd bil-mayonnaise jew perżut u ġobon. Magħhom it-tfal isibu wkoll kejk żgħir bit-togħma tal-karrotti, tal-banana jew tat-tamal.

Iżda l-gost ma jiqafx mal-ikel! Ma’ kull lunch bag hemm ukoll stiker sorpriża ta’ Ġiġi, li t-tfal jistgħu jiġbru fi ktieb tal-attivitajiet li jingħata b’xejn mal-ewwel xiri. B’kollox hemm 16-il stiker differenti x’jinġabru u, ladarba t-tfal jimlew il-ktieb kollu, ikunu jistgħu jibdluh ma’ ġugarell tal-filpa ta’ Ġiġi!

Din il-lunch bag tinsab għall-bejgħ mill-ħwienet kollha ta’ Maypole madwar Malta u Għawdex, u toffri lit-tfal mhux biss xi ħaġa x’jieklu, iżda wkoll attività divertenti li tħeġġiġhom jiġbru l-istikers.

Ara l-filmat u skopri x’kellhom xi jgħidu t-tfal wara li ppruvaw il-Ġiġi’s Lunch Bag! Intom diġà xtrajtuha għaċ-ċkejknin tagħkom?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI