Sentejn Minn Meta Ħallietna L-Attriċi U Kantanta Lokali Terry Bencini

Terry Bencini

Kien bħal-lum sentejn ilu, 27 ta' Ottubru 2024, meta ħallietna l-kantanta u attriċi lokali Terry Bencini. Terry għamlet karriera twila bħala kantanta u attriċi, li saħansitra għamlet 25 sena tagħti spettakli fit-teatru Manoel.

Hi ħadmet f’opri u teatrini bħal Żeża tal-Flagship, The Belle of New York u The Desert Song fost oħrajn. Kienet anke ħadet sehem f’konkors tas-sbuħija mtella’ minn Ivan Gaffiero, u rebħet!

Insellmu l-memorja tiegħek f'dan il-jum Terry, għal dejjem f'qalbna. Hawn taħt insibu filmat tagħha memorabbli immens fejn nistgħu nġeddu l-memorji tat-talenti tagħha u tal-karattru sabiħ li kellha. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI