PaulJon ta’ kull xahar iwasslilna l-oroskopju fuq ir-rivista tagħna ta’ Gwida.mt. Dan l-aħħar, PaulJon kien il-mistieden speċjali ta’ Ryan u Josmar fuq Sibtek. Fl-introduzzjoni, Ryan jiżvela punt interessanti. PaulJon twieled proprju f’post li ħadd qatt ma jemmen.
Hu twieled f’ċimiterju. Dan għaliex missieru kien jaħdem f’ċimiterju u hu twieled f’dar żgħira fl-istess ċimiterju fejn il-ġenituri tiegħu kienu jgħixu barra minn xtutna. PaulJon tista’ tgħid li hu magħruf bħala konsulent spiritwali u fl-intervisti jitkellem dwar il-ktieb li ħareġ b’seba’ rakkonti li ġraw lil seba’ persuni li kienu xettiċi fuq id-dinja paranormali.
Hu jitkellem ukoll fuq l-oroskopju u jgħaddi informazzjoni dwar il-kalendarju żodjatiku. Segwu l-informazzjoni u l-intervista ma’ PaulJon hawn taħt!