“Pentekostè Jfakkar Il-Mument Meta L-Ispirtu S-Santu Niżel Fuq L-Appostli” – L-Arċidjoċesi Ta’ Malta

Illum il-Knisja Kattolika qed tiċċelebra l-Pentekostè, il-jum fejn l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-appostli b’missjoni importanti. Il-paġna tal-Facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta kitbet dwar dan.

“Pentekostè jfakkar il-mument meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-appostli, imlihom b’kuraġġ, għerf, u qawwa biex ixandru l-bxara t-tajba tal-Mulej lid-dinja.”

“Dan l-episodju seħħ ħamsin jum wara l-qawmien tal-Mulej hekk kif ilkoll kienu miġburin fit-talb. Din il-festa hi spiss imsejħa bħala l-bidu tal-ħidma pubblika tal-Knisja. Kif tgħidilna l-Kelma, l-Appostli ‘mtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu u bdew jitkellmu b’ilsna oħra, skont ma l-Ispirtu kien jagħtihom li jitkellmu’ (Atti 2:4).”

“Din il-festa tfakkarna li l-Ispirtu s-Santu għadu jakkumpanjana llum biex iħeġġiġna ngħixu l-fidi fix-xandir tal-imħabba t’Alla u l-bini tal-Knisja.”





Facebook / Archdiocese of Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI