Riċentament, Ċensina kienet mistiedna fuq il-programm Sibtek. Persważ li dawk li jsegwu x-xena lokali jafu min hi Ċensina hekk kif serqet bosta qlub fil-programm Come Dine With Me u minn dakinhar baqgħet maħbuba minn kulħadd. Waqt is-serata ta’ Sibtek, Ċensina kellha messaġġ ħelu minn bintha.
Bdiet billi irringrazzjata talli tagħta l-ħajja u trobbija tagħha kif ukoll qaltilha li qatt ma ħallitha nieqsa minn xejn. Kompliet billi qalet, “Permezz tiegħek kbirt b’karattru sod u kapaċi nasal fejn nixtieq. Grazzi talli rabbejtni b’valuri tajbin u dejjem kont hemm għalija sa minn mindu twilidt. Grazzi talli għallimtni nkun omm tajba għal uliedi u meta kelli t-tfal żgħar int kont ic-childare tiegħi. Żammejtomli biex stajt immur naħdem u ħabbejthom daqs li kieku uliedek.”