Pjan Li Ħamiem Selvaġġ Jinqabad U Jintbagħat Il-Biċċerija Biex Tiġi Kkontrollata L-Popolazzjoni Dejjem Tikber Tagħhom

Ħamiem

Jidher li ġie approvat pjan li jinġabru u jintbagħtu l-biċċerija ħamiem selvaġġ minn madwar Malta bħala parti minn inizjattiva.

L-inizjattiva hi li tiġi kkontrollata ż-żieda fil-popolazzjoni tal-ispeċi, wara li ġie tterminat programm pilota li jintuża għalf b’kontraċettiv.

Il-programm il-ġdid se jkun ikkoordinat mill-Ministeru tas-Saħħa, permezz tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, flimkien mal-Ministeru għall-Agrikoltura, u se jinvolvi proċess fejn jinqabad il-ħamiem f’gaġeġ approvati, u jsir it-trasferiment tagħhom lejn il-biċċerija ċivili.

Is-sit Times of Malta jirrapporta kif skont kelliem tal-Ministeru tas-Saħħa, il-popolazzjoni eċċessiva tal-ħamiem toħloq sfidi ambjentali u ta’ saħħa pubblika, u għalhekk dan il-programm għandu l-għan li jgħin lill-komunitajiet iżommu ambjent aktar nadif u sigur.

Huwa qal ukoll li l-metodi tal-qtil ġew riveduti u awtorizzati mid-Dipartiment għas-Saħħa u l-Benessri tal-Annimali u se jitwettqu skont il-linji gwida dwar il-ħarsien tal-annimali.

Madankollu, għad m’hemm l-ebda skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan.







Ritratti:

Facebook/ Arnold Sciberras

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI