Proġett Ġdid Ta’ Akkomodazzjoni Soċjali Ġewwa Ħal Luqa Ddedikat Lill-Avukat Joe Brincat

Kmieni dalgħodu, il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni ħabbru li ġiet inawgurata Binja Dr. Joe Brincat; proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali ġewwa Ħal Luqa. Dan il-proġett se jkun qiegħed jipprovdi residenza sikura u b’dinjità lil 46 familja.





Fil-binja hemm ukoll total ta’ 55 garaxx u spazji għall-karozzi, inkluż spazji għall-karozzi għall-persuni b’diżabilità. Dan il-proġett soċjali, ingħata isem idonu li jfakkar il-ħidma u l-memorja ta’ Dr. Joe Brincat, li tant ħadem fil-qasam soċjali.

Dr. Joe Brincat kien Deputat Mexxej tal-Partit Laburista darbtejn u kellu għal qalbu l-qasam soċjali, qasam li dejjem ħadem għalih b’determinazzjoni li jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn. Hu mument tassew speċjali li f’Ħal Luqa ssemmiet binja għalih.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI