Klijenti ta' Melita fin-naħa t'isfel ta' Malta bħalissa qed jesperjenzaw qtugħ fis-servizzi wara li cable tal-fibre ġarrab ħsara minn terzi. Il-kumpanija kkonfermat li t-timijiet tekniċi tagħha jinsabu fuq il-post u qed jaħdmu sabiex is-servizzi jerġgħu jiġu restawrati mill-aktar fis possibbli.
Minkejja dan il-qtugħ, Melita fakkret li telefonati ta' emerġenza fuq 112 lejn il-Pulizija, l-Ambulanza u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jibqgħu jaħdmu minn telefowns ċellulari matul il-perjodu tal-interruzzjoni. S'issa, il-kumpanija għadha ma ħabbritx meta s-servizzi mistennija jerġgħu lura għan-normal.
Ġejt affettwat minn din il-problema fis-servizzi ta' Melita?
Facebook / Melita