Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Dipartiment tal-Informazzjoni taw xi informazzjoni rigward prodott li m’għandux jiġi kkunsmat.
Huma qalu, “Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara analiżi li saret bħala parti mill-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-istess Awtorità, m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih il-pestiċida, Haloxyfop.”
Żiedu, “Dan il-pestiċida mhuwiex awtorizzat għall-użu fi prodotti tal-ikel li jinbiegħu fl-UE. Għalkemm il-konsum ta’ prodott ikkontaminat ma jikkawżax riskju immedjat għas-saħħa, konsum fit-tul tal-Haloxyfop jista’ jwassal għall-problemi ta’ saħħa. Għalhekk, huwa importanti li l-ammont ta’ din is-sustanza li tista’ tidħol fil-ġisem jitnaqqas kemm jista’ jkun.
Prodott: Fażola Mnixxfa (Fagioli Borlotti)
Ditta: Bonta Dell’ Orto
Użin: 500g
Numru tal-lott 2523703
Data tad-durabbiltà:28-02-2027”