F’dawn il-jiem tal-Għid, il-pulizija tal-Victim Support Unit ħadu l-inizjattiva ħelwa li jqassmu l-figolli lill-vittmi li huma jappoġġjaw.
“Fi tmiem il-ġimgħa tal-Għid, il-Victim Support Unit tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għamlet pass ħelu biex tikkonforta lil dawk li għaddejjin minn żminijiet diffiċli billi qassmu figolli tradizzjonali lill-vittmi li jappoġġjaw,” kitbet il-paġna tal-Facebook tal-Pulizija.
“Dawn il-figolli ġew ipprovduti milll-Forn tal-Ħabs, kollaborazzjoni sinifikanti li ġabet solidarjetà minn wara l-ħitan tal-ħabs lil dawk l-aktar fil-bżonn. Flimkien nistgħu nagħmlu differenza.”
Facebook/The Malta Police Force