“Qabel Naqsmu L-Ħobż Konna Nagħmlulu Salib” – Tiftakru Din It-Tradizzjoni Maltija?

Il-ħobż minn dejjem kellu post speċjali fil-ħajja tal-Maltin, u fl-imgħoddi kien hemm diversi drawwiet marbuta miegħu li llum forsi m’għadhomx daqshekk komuni.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna Niftakar meta, tqajmet tifkira ta’ tradizzjoni li ħafna għadhom jiftakruha. Fil-kitba ntqal, “Niftakar meta qabel naqsmu l-ħobż konna nagħmlulu salib, inbusuh jekk taqalna xi biċċa mal-art, jew inkunu ser narmuh!” Din id-drawwa kienet tirrifletti r-rispett li l-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna kellhom lejn il-ħobż, li kien jitqies bħala barka u xi ħaġa li ma kellhiex tinħela.

Diversi persuni qasmu l-memorji tagħhom fil-kummenti. Persuna partikolari spjegat ukoll li l-ħobż li kien jibqa’ ma kienx jintrema, iżda kien jitnixxef biex jintuża bħala frak tal-ħobż jew jingħata lill-annimali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI