Mhux ħaġa rari tara tfal bl-uniformi tal-iskola jistennew lill-van tal-iskola madwar is-sitta ta’ filgħodu, u ġieli anke qabel. Naturalment iridu jaħsbulu ferm qabel dak il-ħin, jiġifieri bosta tfal qed ikollhom iqumu kmieni ħafna. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Prof. Andrew Azzopardi qasam mas-segwaċi tiegħu mistoqsija li permezz tagħha fetah diskussjoin fil-kummenti.
Hu staqsa, “Tfal fis-6:00 jistennew il-van tal-iskola - mela jkunu qamu tal-anqas fil-5:30! Dawn bis-serjetà’?
Persuna fil-kummenti qalet, "Is-sitwazzjoni hija din: Xi tfal jinġabru fis-6:15 ta’ filgħodu u jaslu l-iskola bejn is-6:55 u s-7:10, minkejja li l-iskola tibda fis-7:45 jew fit-8:00. Ir-raġuni ewlenija għal dan hija li l-vannijiet jagħmlu t-tieni vjaġġ biex b’hekk jitħallsu għal żewġ vjaġġi filgħodu. Din is-sitwazzjoni mhijiex aċċettabbli."
Persuna oħrqa qalet, “33 sena ilu jien kont naħdem u vann kien jiġi għalija fis-6:00, u faċċata tiegħi kont nara studenta li kienet tmur St Catherine, Pembroke, tistenna! Mhux dalgħodu, 33 sena ilu!”
X’taħsbu intom dwar dan?