Ninsabu dejjem eqreb għall-maratona b’risq DAR Bjorn. Bjorn Formosa qed jippubblika diversi kontenut relatat, u fl-aħħar post li tefa’ xtaq ikompli jistqarr kemm hu lest biex jibqa’ jirsisti għal kull resident, għal kull pazjent.
Aktar kmieni ppubblika post minn erba’ snin ilu, meta kien għadu jista’ jagħmel xi ħaġa, li forsi għal ħafna minna hi normalissima – jiekol. Minkejja kollox Bjorn bi ħsiebu jibqa’ jissielet b’determinazzjoni.
“Nixtieq niekol. Ma nistax. Dik il-ftira nimmisjaha wisq. Ma nistax. Qas niftaħ ħalqi m’għadni niflaħ. Dar-ritratt 4 snin ilu. Kont boċċu. Kont niekol. Issa xejn… mill-feeding tube biss! X’nagħmel? Naqta qalbi? Ma rridx! Jien rasi iebsa u determinat! Il-ħobża tistenna. Imma n-nies morda fid-djar ma jistgħux jistennew! Għalhekk DAR Bjorn Respite għandna bżonnha!”
Ibqa’ determinat Bjorn u kuraġġ. Aħna lkoll warajk!
Facebook/ Bjorn Formosa