"Qas Nista’ Nemmen Li Filli Nerfak, Baby, Inġorrok… U Filli Wasalna Għall-Jum Tat-Tieġ Tiegħek." – L-MP Ramona Attard

Il-Membru Parlamentari lokali Ramona Attard fuq il-mezzi soċjali tikteb messaġġ lill-għażiża oħta fil-jum tat-tieġ tagħha. Hi tibda billi tgħidilha, “Meta kont żgħira u ommi kienet iddum ix-xogħol tagħmel overtime, meta kont nistaqsiha għaliex qed iddum daqshekk, kienet tgħidli biex inġemmgħu l-flus ħalli jkollna baby. Domt 13-il sena nistenna sakemm twieldet oħti, u ommi ppremjatni billi ħallietni nagħżel isimha – Kimberly.”





Hi tkompli, “Lanqas nista’ nemmen li filli nerfak, baby, inġorrok miegħi jew niżboħlok xi troffa minn xagħrek qisek il-pupa tiegħi, u filli wasalna għall-jum tat-tieġ tiegħek. Kemm jien kburija bil-mara li int – indipendenti, tagħżel dejjem is-sempliċità ‘l bogħod mill-frilli, tal-punt mingħajr ħafna drama. Inħobbok wisq. Int u Duane Grech jixirqilkom biss ferħ u saħħa.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom ħafna aktar snin ta’ mħabba, ferħ u paċi. Awguri Kimberly u Duane!

Facebook / Ramona Attard



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI